Diskussjonijiet roundtable f’Malta

  • 11.02.2021 - 11:00
  • Sofia

Fil-11 ta Frar 2021 ġiet organizzata

diskussjoni roundtable onlajn ma’ professjonisti ta’ l-edukazzjoni.

Ħadu sehem 16-il parteċipant, inklużi Kapijiet tal-iskejjel, Uffiċjali tal-Edukazzjoni, Guidance Teachers, Personal, Social and Careers Education Teachers u Learning Zones support Teachers.

Il-punti ta’ diskussjoni u l-mistoqsijiet kienu bbażati fuq is-sejbiet inizjali tar-rapporti tal-analiżi ta’ kull pajjiż esploratorju (Bulgarija, Greċja, Italja, Romanija).

Fid-diskussjonijiet, l-edukaturi enfasizzaw diversi bżonnijiet tat-tagħlim taż-żgħażagħ li jaħdmu magħhom: l-immaniġġjar tal-kunflitti, l-espressjoni tal-emozzjonijiet u l-awtoregolazzjoni emottiva li jinkludu l-immaniġġjar tar-rabja, il-ġestjoni tal-istress, relazzjonijiet u l-immaniġjar tal-bullying.

Il-livell ta’ għarfien dwar l-istudenti b’mod partikulari il-ħiliet u l-bżonnijiet tal-istudenti kienu fost l-aktar kapaċitajiet li ħassewhom kompetenti fihom l-edukaturi.

Min-naħa l-oħra, l-edukaturi ħassew li għandhom inqas kompetenza sabiex jkunu ta’ għanuna għall-istudenti tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolazzjoni tal-emozzjonijiet bħal ġestjoni tar-rabja u ġestjoni tal-istress kif ukoll tisħiħ tal-empatija fost l-istudenti.

L-edukaturi espremew ix-xewqa għal aktar taħrig sabiex itejbu il-ħiliet tagħhom biex jifhmu aktar u jempatizzaw mal-istudenti u ħiliet ohra bħal aktar sensibbiltà għal kulturi differenti, litteriżmu emozzjonali, ġestjoni tal-imġiba, ġestjoni tal-istress u riżoluzzjoni tal-kunflitti.

L-edukaturi ġew mitluba sabiex jirriflettu dwar liema metodi pedagogiċi jipreferu l-istudenti u li jibbenefikaw l-aktar minnhom. L-għażla kienetgruppi kollaborattivi ta’ ħidma, drama, xogħol hands-on, attivitajiet prattiċi u tagħlim ibbażat fuq proġetti.

Meta ġew mitluba sabiex jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kif l-edukazzjoni soċjali u emozzjonali tista’ tiġi organizzata b’mod aktar effettiv fl-iskejjel sekondarji, l-edukaturi indikaw ħtieġa għal aktar għarfien dwar sensibbiltà għal kulturi differenti, enfasi biex jittrattaw il-bżonnijiet individwali tal-istudenti, kollaborazzjoni effettiva mal-ġenituri, għarfien dwar l-emozzjonijiet tal-istudenti, provvista ta’ appoġġ multidixxiplinarju għall-istudenti kif ukoll taħriġ adegwat u ta’ appoġġ għall-għalliema kollha mill-bidu nett

EVENT INFO :

  • Start Date:11.02.2021
  • Start Time:11:00
  • End Date:11.02.2021
  • End Time:05:00
  • Location:Sofia