Il-fuljett ‘LifeComp’ li ġie maħruġ mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jippreżenta “Personal, Social and Learning to Learn” bħala sett ta’ kompetenzi li japplikaw għall-isferi kollha tal-ħajja, li jistgħu jinkisbu permezz ta’ tagħlim formali, informali u mhux formali u li jistgħu jgħinu liċ-ċittadini sabiex jirnexxu fis-seklu 21. “Personal, Social and Learning to Learn” kien ġie stabbilit bħala kompetenza ewlenija fl-2008 mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja.
‘LifeComp’ jinvolvi disgħa kompetenzi bi tliet deskritturi kull wieħed. Il-qafas huwa kunċettwali u mhux preskrittiv. ‘LifeComp’ jista’ jintuża bħala bażi għall-iżvilupp ta’ kurrikula u attivitajiet ta’ tagħlim li jinkoraġġixxu l-iżvilupp personali u soċjali u l-kapaċità li wieħed jitgħallem.
Niżżel id-dokument: