SEEVAL – Roundtables Nazzjonali Awstrijaċi fuq it-tagħlim soċjali u emozzjonali

  • 16.02.2021 - 09:30

Ir-roundtables nazzjonali ġew imwettqa f’kull pajjiż parteċipant hekk kif kien stipulat fil- proġett tal-Erasmus+ “Social and Emotional Education – Building Inclusive Schools and Ownership of Values” (SEEVAL). Fl-Awstrija, ir-roundtables ġew organizzati mill-WUS Austria b’kooperazzjoni ma’ Karin Sonnleitner u Sascha Ferz miċ-Ċentru għall-Kompetenza Soċjali fl-Università ta’ Graz. B’kollox 21 persuna ħadu sehem fi tlett roundtables differenti f’Jannar 2021. Fost il-parteċipanti kien hemm għalliema u psikologi li jaħdmu fl-iskejjel ma’ tfal ta’ bejn it-12 u t-18-il sena kif ukoll teacher trainers minn Universitajiet u Kulleġġi Universitarji għall-Edukazzjoni tal-Għalliema. Il-parteċipanti kienu meħtiega li jkollhom esperjenza fit-Tagħlim Soċjali u Emozzjonali (SEL).

Is-suġġetti li ġew diskussi kienu ibbażati speċifikament fuq il-kuntest tal-SEL fl-Awstrija, bħal prattiki tajba, metodi, u materjal fuq SEL kif ukoll bidliet meħtieġa għal implimentazzjoni aħjar tal-SEL fl-iskejjel. Barra minn hekk, ġew diskussi l-konklużjonijiet mill-istħarriġ SEEVAL dwar il-kompetenzi SEL tal-istudenti. Matul id-diskussjonijiet tar-roundtable inġabru prattiki tajba tas-SEL fl-Awstrija, l-attivitajiet tal-proġett ġew imxerrda, u tqajmet kuxjenza dwar il-miri tal-proġett. Ir-rapport dwar ir-RoundTables Nazzjonali Awstrijaċi, miġbura flimkien maċ-Ċentru għall-Kompetenza Soċjali, jista’ jinstab hawn.

EVENT INFO :

  • Start Date:16.02.2021
  • Start Time:09:30
  • End Date:16.02.2021
  • End Time:15:30